Futbol Sport

Leeds United u Burnley huma rebħa biss ‘il bogħod minn promozzjoni għall-Premier League Ingliz

Leeds United u Burnley huma dejjem eqreb lejn ritorn fil-Premier League Ingliż.
Leeds United u Burnley huma dejjem eqreb lejn ritorn fil-Premier League Ingliż.

Leeds United u Burnley huma dejjem eqreb lejn ritorn fil-Premier League Ingliż,  meta l-Ġimgħa filgħaxija, f’match day numru 43 tal-League Championship, huma kisbu rebħiet separati b’differenza ta’ gowl wieħed f’konfronti li lagħbu barra minn dahrom.

Attwalment, kemm Leeds United kif ukoll Burnley jinsabu fl-ewwel postijiet tal-klassifika, bl-istess ammont ta’ punti; 91 punt u b’hekk it-tnejn li huma jonqoshom biss rebħa oħra fil-Kampjonat biex b’mod matematiku jaċċertaw il-promozzjoni għall-Premier League tal-istaġun li ġej.

Bir-rebħiet li dawn it-tnejn kisbu kontra, Oxford United u Watford rispettivament, huma żammew vantaġġ ta’ ħames punti fuq it-tim fit-tielet post tal-klassifika, Sheffield United.

Joshua Brownhill jiċċelebra wieħed miż-żewġ gowls ta’ Burnley kontra Watford.

Leeds United għelbu lil Oxford United, b’gowl waħdini skorjat fit-33 minuta minn Manor Solomon.

Burnley irnexxilhom idawru telfa f’rebħa kontra Watford bl-iskor ta’ 2-1, b’gowls ta’ Zian Flemming and Josh Brownhill.

Nhar it-Tnejn li ġej, Leeds United u Burnley jistgħu jassiguraw il-promozzjoni b’mod matematiku, kemm il-darba Burnley, fil-konfront li jmisshom, jirbħu l-konfront dirett kontra Sheffieled United.

Joshua Brownhill jiċċelebra wieħed miż-żewġ gowls ta’ Burnley kontra Watford.