Lokali

Terremot li nħass sew f’diversi zoni ta’ Malta kejjel 3.5 fuq l-iskala Richter

Hekk kif l-arloġġ kważi daqq nofsillejl fil-lejl ta’ Ħamis ix-Xirka, terremot ta’ 3.5 fuq l-iskala Richter laqat lil pajjiżna – bl-epiċentru tiegħu jkun 16-il kilometru biss ‘il barra mill-Mellieħa.

Kienu bosta l-partijiet f’Malta fejn inħass t-terremont taħt il-baħar, f’fond ta 5km. Din kienet l-ewwel darba fl-istorja riċenti li kellna epiċentru ta’ terremot li kien daqshekk viċin pajjiżna. 

Diversi kienu dawk li rrappurtaw li ħassew it-theżiża, li baqgħet għaddejja għal madwar ħames sekondi. B’nies li tkellmu ma’ Net News jirrakkuntaw kif semgħu l-għamara u l-bibien jiċċaqilqu

Fortunatament, ma kien hemm l-ebda rapporti ta’ ħsarat.