Mad-9:00 tal-ġimgħa filgħodu propju f’jum il-Ġimgħa l-Kbira ngħata bidu għall-mara ta’ Puttinu; maratona li hija essenzjali sabiex jinġabru fondi bil-għan li jkun konkluż il-proġett il-ġdid ta’ Puttinu f’Londra.
Sa għoxrin sena ilu, il-pazjenti flimkien mal-qraba tagħhom li kellhom bżonn isiefru għal kura fl-Ingilterra kellhom ifittxu u jħallsu għall-akkomodazzjoni tagħhom. Dan kien iżid mat-tbatija li kienu diġa’ għaddejjin minnha.
Puttinu Cares kien mess ma’ din il-problema u ħass il-bżonn li jipprova jsib mezz kif jgħin f’din is-sitwazzjoni.
Il-Fondazzjoni kienet bdiet taħdem mat-tfal morda bil-kanċer, u matul is-snin, Puttinu fetaħ ukoll l-għajnuna għall-adulti.
Waqt din il-maratona tkellem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech li stqarr l-importanza ta’ Puttinu Cares għal poplu Malti u Għawdxi.
Minn naħa tiegħu, waqt il-maratona l-Arċisqof Charles Scicluna offra appartament lil Puttinu Cares bħala tifkira għall-Monsinjur Pawlu Cremona li miet ix-xahar li għadda. F’messaġġ li għadda qal li kull darba li jżur il-pazjenti f’Londra jirrealizza kemm huwa essenzjali s-sapport lejn Puttinu għaliex Puttinu qed ikun ta’ għajnuna kbira għall-Maltin u l-Għawdxin.
Għaldaqstant, sa nofsinhar intlaħqet is-somma ta’ miljun ewro, bin-numru jkompli jikber bis-sekondi.
Waqt din il-maratona tkellmu diversi persuni, kemm dawk li huma stess kellhom bżonn l-għajnuna ta’ Puttinu, kif ukoll familja ta’ nies li ġew fil-bżonn ta’ Puttinu Cares li sfortunatament m’għadhomx magħna.
Din il-maratona qed tixxandar fuq l-istazzjonijiet lokali kollha, fosthom fuq Net TV, u se tibqa’ għaddejja nofsillejl.
Intant, rekord ta’ parteċipanti – fil-lejl ta’ Ħamis ix-Xirka attendew il-Mixja ta’ Puttinu.
Ftit qabel nofs il-lejl, eluf ta’ persuni ħonqu l-pjazza tal-Mellieħa hekk kif aktar minn 10,000 ruħ ipparteċipaw f’din il-mixjatant mistennija tal-Ġimgħa l-Kbira, b’risq il-Fondazzjoni Puttinu Cares.
//= $special ?>