Lokali

Uffiċjal ta’ Transport Malta fil-periklu tal-mewt wara ħabta fil-limiti tal-Mosta

Sewwieq ta’ mutur ta’ 46 sena residenti r-Rabat, kmieni dalgħodu weġġa’ serjament f’inċident tat-traffiku fil-Mosta.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2am fi Triq iż-Żejfa. Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur BMW li kien qed jinstaq minn uffiċjal ta’ Transport Malta u Peugeot 206 misjuqa minn raġel ta’ 54 sena residenti n-Naxxar.

Fil-post issejjaħ minnugih tim mediku li assista lill-uffiċjal u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Il-Maġistrat Philip Galea Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.