Lokali

Żewġt irġiel arrestati f’Paceville matul il-lejl li għadda

Il-Pulizija arrestat żewġt irġiel matul il-lejl li għadda.

Waqt rondi ta’ rutina f’Paceville, il-pulizija innotaw persuna li kien qed iwettaq xogħol ta’
bouncer f’stabbiliment fi Triq San Ġorġ jaġixxi b’mod suspettuż. Il-pulizija komplew
jissorveljaw l-imsemmi persuna fejn f’ħin minnhom segwewh sal-kamra tat-toilets u qabduh
filfatt b’erba’ qratas suspettata kokaina f’idejh u fl-id l-oħra magna li tgħaddi t-transazzjoni
tal-flus. Fil-kamra kien hemm żewġ persuni oħra, b’wieħed minnhom kien qed jgħaddi l-kard
minn fuq din il-magna tal-flus.

Is-Serb ta’ 21 sena li kien qed jagħmel xogħol ta’ bouncer u li allegatament inqabad fil-fatt ibigħ
id-droga ġie arrestat fuq il-post u minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li l-magna tal-flus
kienet allegatament proprjetà tad-DJ li kien qed idoqq fl-istabbiliment dak il-ħin.

Il-Pulizija proċediet bl-arrest tad-DJ, Libjan ta’ 34 sena fejn minn tfittixjiet li saru, fil-pussess
tiegħu nstabu magna oħra li tgħaddi t-transazzjonijiet tal-flus, kif ukoll ammont ta’ qratas
vojta li lkoll ġew elevati.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.