Internazzjonali

5 persuni jispiċċaw mejta wara mewġ kbir fl-Awstralja

Ħames persuni spiċċaw merqgħa wara li mewġ kbir laqat partijiet mill-Awstralja. Dan apparti li tnejn oħra għadhom neqsin barra mill-kosta Awstraljana.

Wieħed mill-vittmi instab propju qrib Tathra fin-Nofsinhar ta’ New South Wales.

Dan seħħ ġurnata wara li sajjied ta’ 58 sena u żewġt irġiel oħra nstabu mejta f’inċidenti separati – kaġun tal-istess mewġ kbir.

Uffiċjali mill-għaqda ‘Surf Life Saving Australia’, Adam Weir, appella sabiex dawk li qiegħdin fuq vaganza jiċċekjaw l-aġġornamenti tat-temp u kif jinsab il-baħar f’ċertu akwati, dan apparti l-appelli sabiex l-għawm isir f’bajjiet mgħassa mill-gwardji tal-kosti Awstraljani.

Dan anke wara li statistika uffiċjali turi li 630 persuna għerqu f’bajjiet Awstraljani li kienu mingħajr għassa fl-aħħar 10 snin.