Bl-istaġun għadu mhux deċiż fil-Premier League Ingliż, il-media Brittanika diġa’ qed tirraporta spekulazzjonijiet marbuta mas-suq tat-trasferimenti li jistgħu sseħħu matul is-sajf li ġej.
Skont l-aħħar rapport, l-internazzjonali tal-Ghana, Antoine Semenyo, li dan l-istaġun diġa’ skorja tmien gowls għal AFC Bournemouth fil-Premier League, se jkun wieħed mit-trasferimenti l-aktar mitkelma fl-Ingilterra.
Semenyo, li jilgħab fir-rwol ta’ winger fuq ix-xellug, hu marbut b’kuntratt ma’ The Cherries sa Ġunju tal-2029, iżda preżentament hemm interess kbir f’dan il-plejer minn diversi klabbs oħra Ingliżi. Minn ta’ quddiem nett, u li jingħad li huma l-aktar favoriti sabiex jiksbu l-firma tiegħu, hemm Manchester United.

Il-kowċ tar-Red Devils, Ruben Amorim xeħet għajnejħ fuq Semenyo u jingħad li hu fost il-prijoritajiet tiegħu fil-kampanja akkwisti li jmiss.
Madankollu aktar rapporti fil-media Brittanika jindikaw ukoll li biex Manchester United jirnexxilhom jiksbu lil dan il-plejer, li preżentament iġib valur fis-suq ta’ €35 miljun, l-ewwel jeħtiġu jegħlbu l-kompetizzjoni ta’ klabbs oħra tal-Premier League Ingliż li huma ukoll interessati f’Semenyo. Fost dawn hemm Liverpool u Arsenal.
//= $special ?>