Hekk kif ġie kkonfermat li l-Premier League se jkollu ħames postijiet fil-UEFA Champions League, Aston Villa kisbu rebħa importanti biex qorbu iżjed viċin l-ewwel ħamsa, dan meta huma għelbu lil Newcastle United bl-iskor komdu ta’ 4-1. Rebħa importanti għall-Villians mhux biss għat-tlett punti, imma għar-raġuni li Newcastle United jinsabu momentarjament fit-tielet post, u din ir-rebħa titfa lil Villa żewġ punti ‘l bogħod mill-Magpies.
Il-Villians jiftħu l-iskor wara minuta logħob permezz ta’ Ollie Watkins, qabel Fabian Schar jillivela għal Newcastle fis-16-il minuta, biż-żewġ timijiet jitħlu jistrieħu fi draw.
Fit-tieni taqsima t-tim ta’ Unai Emery, simili għal dak li għamel kontra l-PSG it-Tlieta li għadda, ħareġ totalment fuq l-offensiva u saħansitra rnexxielu jsib ix-xibka tlett darbiet.
Ian Maatsen jiskorja fl-64 minuta minn assist ta’ Watkins, b’ Dan Burn jitfa’ fix-xibka tiegħu stess 9 minuti wara u jagħmel l-iskor 3-1.
Amadou Onana jiskorja fil-75 minuta għall-iskor finali ta’ 4-1.
Rebħa li ma tfisser kważi xejn f’din il-fażi tal-istaġun hekk kif Brentford għelbu lil Brighton 4-2.
Bryan Mbeumo jiskorja wara 9 minuta għall-Bees, bil-veteran Danny Welbeck jagħmel l-iskor indaqs ftit sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima għas-Seagulls.
Gowls fit-48 u fit-58 minuta jagħtu vantaġġ lil Brentford, b’ Mbuemo u Wissa jiskorjaw rispettivament.
Joao Pedro ta’ Brighton intwera ‘l karta ħamra diretta żewġ minuti wara t-tielet gowl, madankollu dan ma waqqafx lil Brighton milli jipprovaw jiskorjaw hekk kif il-Ġappuniż Kaoru Mitoma jnaqqas il-marġini fil-81 minuta. Minkejja dan Norgaard jikkonferma r-rebħa għal Brentford b’gowls fil-95 minuta.
Manchester City għelbu lil Everton 2-0 biex żammew it-tamiet taċ-Champions League ħajjien.
Il-gowls tar-rebħa waslu pjuttost tard hekk kif kien l-ewwel Nico O’Reilly li skorja fl-84 minuta għas-Citizens, qabel Mateo Kovacic isiġilla l-partita fit-92 minuta.
Southampton uffiċjalment laħqu r-rekord ta’ Derby County ta’ 11-il punt fil-Premier League, l-inqas numru ta’ punti li qatt kiseb tim fl-istorja tal-Premier. Is-Saints għandhom bżonn punt minn l-aħħar ħames logħbiet biex ma jkunux ikkunsidrati l-agħar tim fl-istorja flimkien ma’ Derby. Dan il-punt wasal minn draw kontra West Ham United ta’ 1-1.
Bowen skorja għal Hammers filwaqt li Ugochukwu skorja għas-Saints fl-aħħar mumenti.
Bournemouth irritornaw lura għan-nuqqas ta’ rebħ hekk kif ġew miżmuma minn Crystal Palace bl-iskor ta’ 0-0. Iċ-cherries lagħbu t-tieni taqsima b’għaxra hekk kif tkeċċa Chris Richards wara li ntwera t-tieni karta safra.
//= $special ?>