Futbol Sport

FILMAT | Birkirkara jirritornaw għar-rebħ b’rebħa fuq Mosta

(Ritratt: Joseph Galea)

BIRKIRKARA………1

MOSTA………………0

Birkirkara: G.Volpe, M.Morello, A.Sandona, P.Mbong, K.Reid, S.Dimech (P.Gaitain 90’), N.Micallef, A.Coppola, N.Cross (L.Mina 46’), D.Makoma, M.Maia

Mosta: A.Demba, M.Bolanos (J.Vassallo 90’), P.Afriyie, S.Cachia, G.Goncalves (S.Kone 69’), C.Failla, G.Sciberras, P.Emmanuel, C.Gabriel (J.Agyemang 89’) C.Okereke, J,Texeira

Imwissija: G.Volpe 78’, A.Sandona 79’, P.Mbong 84’, N.Micallef 86’ (B) J.Texeira 68’ (M)

Skorjaw: M.Maia 45’

Referee: Glen Tonna

Assistenti Referees: Mitchell Scerri u Kurt Saliba

Plejer tal-Logħba: Maxuell Maia (Birkirkara)

Birkirkara rritornaw għar-rebħ hekk kien ilhom mit-12 ta’ Marzu ma jieħdu tlett punti, fejn dakinhar għelbu lil Floriana 2-0. Is-Sibt fit-Tony Bezzina Stadium, l-Istripes għelbu lil Mosta bl-iskor minimu ta’ 1-0. Rebħa importanti għat-tim ta’ De Angelis li permezz ta’ dan ir-riżultat jitilgħu momentarjament fir-raba’ post.

Mosta joħoru jattakkaw mal-ewwel kwarta logħob hekk kif ikun Emmanuel Prince li jaqbeż id-difensur b’finta tajba u jikkonkludi għoli wisq.

Birkirkara jirrispondu 5 minuti wara permezz ta’ Maxuell Maia li ttanta xortih minn barra ‘l kaxxa u jixħet ftit barra.

Iż-żagħżugħ Nathan Cross jissielet għall-ballun kontra l-veteran Clayton Failla (Ritratt: Joseph Galea)

Fid-39 minuta l-aqwa azzjoni tal-partita minn Birkirkara. Azzjoni personali tal-Internazzjonali Malti Paul Mbong li jibqa’ dieħel sa quddiem il-goalkeeper Demba u jixxutja fil-baxx, bil-goalkeeper isalav tajjeb u Mbong ma jirnexxielux jikkonkludi mat-tieni tentattiv.

Ftit sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima l-Istripes jiskorjaw dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa permezz ta’ Maxuell Maia li xeħet fix-xibka minn ftit metri ‘l bogħod minn kross perfett ta’ Morello.

Fis-66 minuta, Maxuell Maia biċ-ċans li jiskorja d-dopjetta personali u jirdoppja l-vantaġġ minn penalty li wasal minn foul fuq Shaun Dimech. L-attakkant Brażiljan jinkariga ruħu mill-penalty u jfalli b’Demba jsalav tajjeb.

Il-partita tintemm bl-iskor minimu ta’ 1-0, bl-Istripes bla dubju jkunu l-aħjar tim tal-ġurnata.