Temmnux ix-xnigħat, l-Ambaxxata f’Malta mhux se tagħlaq. Se nibqgħu noperaw normali, nirrappreżentaw liċ-ċittadini Amerikani bi kburija.
Din kienet l-istqarrija fuq Facebook tal-Ambaxxata Amerikana f’Malta – stqarrija li għamlet il-Ġimgħa tard filgħaxija b’risposta għal dak li rrapportat l-Aġenzija Reuters jumejn qabel.
Wara jiem ta’ silenzju kemm mill-Gvern Malti kif ukoll mill-Ambaxxata nfisha – ir-rapport tar-Reuters, ċioè li l-President Amerikan Donald Trump irid jagħlaq l-Ambaxxata Amerikana f’Malta, s’issa qed jiġi miċħud.
Mistoqsi minn dan l-istazzjon biex jagħti r-risposti tiegħu d-Deputat Prim Minsitru u Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg għażel li jwieġeb b’sempliċi ‘no comment’.
L-aġenzija rinomata Reuters kienet irrapportat li l-President Amerikan u t-tim tiegħu jridu jnaqqsu bin-nofs il-budget allokat għall-affarijiet barranin.
Fost l-ambaxxati l-oħrajn li Trump irid jagħlaq hemm dik tal-Lesotho, l-Eritrea, ir-Repubblika tal-Kongo, il-Gambja u s-South Sudan. Dan kollu hekk kif Trump jrid jaqta mat-30 biljun dollaru fi spejjeż – b’sorsi qrib l-ambaxxata Amerikana saħqu li t-talba jaf tiġi emendata meta tasal quddiem il-Kungress Amerikan.
//= $special ?>