L-uffiċjal ta’ Transport Malta Godfrey Camilleri ħareġ mit-Taqsima tal-Kura Intensiva wara li kien involut f’inċident tat-traffiku, meta kien fuq xogħol waqt il-mixja b’risq Puttinu fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa.
Camilleri kien qed isuq mutur tat-tip BMW fi Triq iż-Żejfa, il-Mosta, għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filodu, meta ntlaqat minn karozza tat-tip Peugeot 206 misjuqa minn raġel ta’ 54 residenti n-Naxxar.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
Intant, dwar dan l-inċident kienet infetħet inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Philip Galea Farrugia.
Għaldaqstant, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għandhom għaddejjin.
//= $special ?>