Id-darbtejn champion Olimpiku, iċ-ċiklist Remco Evenepoel irritorna bil-kbir minn injury fit-tul, u li ħallietu barra għal aktar minn sitt xhur, meta kiseb is-60 rebħa professjonali tiegħu tal-karriera fil-Brabantse Pijl, fil-Belġju.
Din ir-rebħa kienet sinifikanti bil-wisq aktar mis-soltu, għaliex tnessi iż-żmien diffiċli li Evenepoel għadda minhu f’dawn l-aħħar xhur wara li ċ-ċiklist ta’ 25 sena kien ġarrab ksur fil-kustilja, l-ispalla u l-idejn waqt inċident fit-taħriġ.
Qabel din it-tellieqa, li kkonfermat il-potenzjal u l-perseveranza tal-Belġjan, tkellem dwar dak li kien għadda minhu fiż-żmien li kien qed jirkupra mill-injury kerha li kellu, b’Evenepoel saħaq li l-injuries bħal tiegħu “kienu jtemmu l-karriera tiegħi kieku kont plejer tat-tennis jew tal-basketball”.
Evenepoel rebaħ id-deheb fl-aħħar edizzjoni tal-Olimpjadi fil-kompetizzjoni tat-time trail kif ukoll fir-road race.
//= $special ?>