Hekk kif iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira ġew fi tmiemhom, u ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Għid qed jilħqu l-qofol tagħhom….huma bosta t-tradizzjonijiet ta’ ikel u ħelu assoċjat ma’ dan iż-żmien tas-sena.
Minn figolli, għall-bajd u kwareżimal…ikel tradizzjonali li wieħed isib għand il-familji Maltin u Għawdxin f’dawn il-jiem ta’ festi.
Staqsejna lin-nies li kienu għaddejjin bl-aħħar impenji tagħhom qabel il-festa tal-Għid fil-Belt Valletta li qalulna li huma bosta l-ħelu li jħobbu b’rabta ma’ dan iż-żmien, iżda fl-ewwel post dejjem tibqa’ l-figolla.
Kienu anke bosta li stqarrew li saħanistra jsajjru u jaħmu l-ħelu tradizzjonali huma stess.
Intant, matul il-jum tal-Ħadd, bosta huma li jattendu għall-purċissjoni tradizzjonali ta’ Kristu Irxoxt fl-irħula Maltin…fejn isiru wkoll il-ġirjiet bl-istatwi madwar Malta u Għawdex.
//= $special ?>