il-Kantilena ta’ Pietru Caxaru li tifforma parti mill-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta u li tinsab fl-Arkivju tar-Reġistri Notarili, ġiet uffiċjalment inkluża fil-Memory of the World Register tal-UNESCO.
Din l-aħbar ħarġet wara proċess metikoluż u tekniku li beda f’Novembru tal-2023, meta l-Arkivji Nazzjonali ħejjew u ssottomettew l-applikazzjoni permezz tal-Kummissjoni Nazzjonali Maltija għall-UNESCO. Dan il-proċess kien ilu jinħadem għal aktar minn sena u nofs u jirrifletti dedikazzjoni bla qies lejn il-preservazzjoni tal-wirt tagħna.
Il-Kantilena hija l-eqdem xogħol letterarju bil-lingwa Maltija li qatt ġie skopert u tmur lura għall-perjodu aħħari tas-seklu ħmistax.
Din il-poeżija mill-isbaħ kienet instabet minn Fsadni u Wettinger lura fl-1966.
//= $special ?>