Internazzjonali

Il-Qorti Suprema twaqqaf id-deportazzjoni tal-immigranti b’mod temporanju fl-Istati Uniti

Ritratt: CNN

Il-Qorti Suprema fl-Istati Uniti, waqfet temporanjament id-deportazzjoni tal-immigranti li huma potenzjalment soġġetti għall-Alien Enemies Act.

Matul il-jum tal-Ġimgħa, persuni mill-Venezwela ressqu appell ta’ emerġenza fil-Qorti Suprema…bl-appell jgħid li huma qegħdin f’riskju li jiġu deportati mill-Istati Uniti mingħajr ma ingħataw avviż biżejjed biex jikkontestaw dan.

Bil-Qorti Suprema tiddeċiedi li twaqqaf lill-Gvern Amerikan milli jiddeporta aktar persuni sakemm ikun ordnat mill-Qorti nnfisha. Bil-Qorti tordna lill-amministrazzjoni ta’ Donald Trump sabiex iwieġeb għall-appell ta’ emerġenza, ġaladarba l-Qorti tal-Appell Federali f’Louisiana tieħu azzjoni.

Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, fl-aħħar xhur, iddeporta eluf ta’ immigranti, bl-Aġenzija tal-Immigrazzjoni u Infurzar tad-Dwana (ICE), jingħataw il-permess sabiex iwettqu raids fi skejjel, sptarijiet u anke postijiet ta’ talb.