Futbol Sport

Jake Grech isalva punt għal Balzan kontra Żabbar

(Ritratt: Joseph Galea)

ŻABBAR ST.PATRICKS………..2

BALZAN……………………………2

Żabbar SP:  L.Cammielri, J.Micallef, B.Gambarte, S.Ilic (D.Souza 66’), Z.Grech D.Tavares, S.Jovancic (A.Lervolino 44’), V.De Paiva, K.Keqi (I.Davey 90’), D.Jovicic, M.Santos

Balzan: D.Golovic, S.Arab (L.Lukovic 80’), M.Grima (J.Grech 86’), N.Pulis (M.Bacanin 80’), J.Busuttil, B.Hili (G.Cacciatore 57’), O.Awosanya, H.Stanic, U.Akpan, R.Floro, E.Kamsoba

Imwissijja: Z.Grech 17’, A.Gambarte 28’, D.Tavares 73’ (Ż), S.Arab 43’, M.Grima 70’ (B)

Skorjaw: S.Ilic 10’, D.Tavares 72’, (Ż), R.Floro 60’, J.Grech 90’ (B)

Referee: Ishmael Barbara

Assistenti Referees: Roberto Vella u Vasil Vasilev

Plejer tal-Logħba: Diogo Jaoa Tavares (Żabbar St.Patricks)

Balzan irnexxielhom jiksbu punt permezz ta’ gowl verament fl-aħħar mis-sostitut Jake Grech hekk kif l-iskor finali bejn Żabbar u Balzan ikun dak ta’ 2-2. Żabbar iddominaw dan il-konfront madankollu, partita reżiljenit għall-aħħar hekk kif Balzan jirnexxielhom jagħmlu l-iskor indaqs għal darba’ darbtejn.

Iż-Żabbarin ma jdumux ma jiftħu l-iskor permezz ta’ Stefan Ilic li ħarab b’kontrattakk minn nofs il-grawnd u baqa dieħel fil-kaxxa tal-avversarju fejn hemm bil-kalma kollha xeħet wara Golovic.

Kontrattakk minn Ilic jagħti l-vantaġġ lil Żabbar wara 10 minuti logħob (Ritratt: Joseph Galea)

Balzan stennew sas-siegħa logħob biex għamlu l-iskor indaqs meta Rafael Da Silva Floro ħasad għal kollox lill-goalkeeper Camilleri li deher ma kienx ikkonċentrat, bil-plejer ta’ Balzan jixxutja xutt b’saħħtu mill-barra ‘l kaxxa u jsib il-lasta.

Żabbar b’reazzjoni 12-il minuta wara din id-darba permezz ta’ Diogo Joao Tavares li jegħleb lil Golovic b’xutt mill-isbaħ.

Ritratt: Joseph Galea

Hekk kif kollox kien jidher li Żabbar ħadu t-tlett punti, Balzan jiskorjaw fit-93 minuta permezz tas-sostitut Jake Grech b’xutt mill-viċin.