Tard ilbieraħ bil-lejl, fil-Kolossew ta’ Ruma saret il-Via Crucis tradizzjonali li ġabet fi tmiemhom iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira fl-Italja.
Il-Via Crucis tmexxiet mill-Kardinal Baldo Reina, li ħa post il-Papa Franġisku – li għadu qed jirkupra. Minkejja dan, il-Kap tal-Knisja Kattolika xorta ħalla marka fuq din iċ-ċerimonja bil-messaġġi li prepara għall-mumenti ta’ meditazzjoni.
Fil-messaġġi tiegħu, il-Papa Franġisku iffoka fuq il-persuni li jinsabu emarġinati, u l-ekonomija li qed toqtol lill-batut.
Fil-Via Crucis…li għaliha ippartecipaw eluf ta’ persuni…il-Papa irrefera għad-dinja tal-lum bħala waħda imkissra. U tkellem dwar il-bżonn ta’ aktar sinċerità fil-ħajja tagħna ta’ kuljum.
//= $special ?>