Lokali

Jinġabru €3,203,028 b’risq Puttinu Cares

€3,203,028.

Kienet din is-somma finali li nġabret fil-maratona ġbir ta’ fondi matul jum il-Ġimgħa l-Kbira, b’risq Puttinu Cares.

Fondi li se jmorru biex tingħata għajnuna lill-pazjenti Maltin u Għawdxin li jkollhom bżonn imorru fl-isptarijiet għall-kura fl-Ingilterra.

Sa għoxrin sena ilu, il-pazjenti flimkien mal-qraba tagħhom li kellhom bżonn isiefru għal kura fl-Ingilterra kellhom ifittxu u jħallsu għall-akkomodazzjoni tagħhom. Dan kien iżid mat-tbatija li kienu diġa’ għaddejjin minnha.

Puttinu Cares kien mess ma’ din il-problema u ħass il-bżonn li jipprova jsib mezz kif jgħin f’din is-sitwazzjoni.

Il-Fondazzjoni kienet bdiet taħdem mat-tfal morda bil-kanċer, u matul is-snin, Puttinu fetaħ ukoll l-għajnuna għall-adulti.