L-Università ta’ Malta se tkun qed tnaqqas l-elective units fil-korsijiet tagħha wara li l-Gvern naqqas l-investiment tiegħu.
Fi stqarrija, l-SDM, spjegat illi f’email interna li bgħatet l-Università fil-vaganzi tal-Għid, kien ikkonfermat illi l-Università mhux se tkun qed timpjega aktar letturi fuq bażi part-time, biex jgħallmu l-elective units – sakemm – ma jkunu parti minn programm compulsory.
L-SDM spjegat illi, dan il-pass jaffettwa direttament lill-istudenti hekk kif se jkunu sfurzati jillimmitaw ruħhom fl-istudji tagħhom.
L-Università ta’ Malta toffri units differenti, li student ikollu l-għażla personali li jagħżel sabiex jespandi l-għarfien tiegħu skont il-preferenzi tiegħu.
Kien propju fid-dawl ta’ dan kollu illi l-SDM appellat sabiex il-Gvern jindirizza n-nuqqas ta’ finanzjament li qed jipprovdi lill-Università ta’ Malta għad-detriment tal-istudenti tal-Università.
Intant, b’reazzjoni għal dan kienu bosta l-letturi li tkellmu u esprimew id-diżappunt tagħhom mal-Gvern li għażel li jnaqqas il-fondi mill-futur taż-żgħażagħ ta’ pajjiżna li għadhom qed jiffurmaw ruħhom fi professjonisti.
B’kulħadd ikollu appell wieħed: l-istudenti mhux bargaining chips ma għandhomx jerfgħu l-piż ta’ nuqqas ta’ investiment.
//= $special ?>