MARSAXLOKKK…………2
SLIEMA WANDERERS…1
Marsaxlokk: M. Calleja Cremona, J.Carlos Corbalan, L.Aguirre, K.Micallef, L.Lopez, N.Muscat, R.Scicluna (E.Pena Beltre 83’), J.Ulises Arias (N.Raden 92’), Y.Messias (M.Adamec 92’), D.Soares, A.Tanque de Aguiar
Sliema W: K. Agu, G.Alcino, H.Murilo (S.Kone 80’), J.Borg, A.Magri Overend (N.Frendo 73’), M. Beerman, S.Zibo, S.Pisani (H.Barbosa 89 ‘), G.Achaempong, M. Awad (M.Priadun 73 min), V.Plut (K. Nwoko 73’)
Imwissija: L.Aguirre 61’ (M), H.Murillo 58’, S.Kone 87’ (S)
Skorjaw: L.Aguirre 60’, A.De Agular 77’ (M), A.De Agular 15’ OG (S)
Referee: Alex Johnson
Asssitenti Referees: Duncan Sultana u Shaun Calleja
Plejer tal-Logħba: Stephen Pisani
Marsaxlokk dawru telfa f’rebħa biex żammew l-ewwel post tal-klassifika hekk kif għelbu lil Sliema f’partita kumbattuta bl-iskor finali jkun 2-1. Ix-Xlukkajr daħlu jistrieħu wara l-ewwel taqsima minn taħt, madankollu rimonta tajba fit-tieni taqsima tippremja t-tlett punti lit-tim ta’ Vincenzo Potenza.
Sliema Wanderers imorru fil-vantaġġ wara biss kwarta logħob mill-ewwel opportunità ta’ gowl li kellhom. Adam Magri Overend jaħrab b’ġirja tajba u jixħet kross mil-lemin, bid-difensur Leandro Aguirre jipprova jikklerja iżda jispiċċa jitfa’ fix-xibka tiegħu stess, l-ewwel taqsima tintemm 1-0 għall-Wanderers.
Marsaxlokk jagħmlu l-iskor indaqs wara siegħa logħob meta din id-darba l-Arġentin Leandro Aguirre ipatti tal-iżball li għamel fl-ewwel taqsima u jixħet fix-xibka tas-Slimiżi b’xutt preċiż indirizzat lejn ir-rokna ta’ fuq.
Ix-Xlukkajr jerġgħu jiskorjaw din id-darba fis-77 minuta permezz ta’ Alex Tanque De Aguiar li żmarka ruħu minn Jean Borg u skorja s-s16-il gowl staġjonali fil-Malta Premier League.
//= $special ?>