Formula 1 Sport

Max Verstappen fl-ewwel post fil-kwalifikazzjoni għall-Grand Prix tal-Arabija Sawdija

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq Olandiż ta’ Red Bull Max Verstappen daħal fl-ewwel post tal-kwalifikazzjoni għall-Grand Prix tal-Arabija Sawdija, bil-ħin ta’ 1:27.294, ftit sekondi qabel is-sewwieq Oscar Piastri ta’ McLaren li qed ikollu staġun fenomenali. L-Olandiż irnexxielhu jitħol qabel Piastri hekk kif l-Awstraljan sofra inċidenti fi Q3 li tefat lura sostanzjalment.

George Russell ta’ Mercedes daħal fit-tielet post. Charles Leclerc temm fir-raba, filwaqt li fil-ħames post hemm sewwieq ieħor ta’ Mercedes Kimi Antonelli. Carlos Sainz bi prestazzjoni sodisfaċenti hekk kif daħal fis-sitt post, l-aqwa kwalifikazzjoni li kellhu dan l-istaġun ma’ Williams s’issa. Lewis Hamilton ikompli jsib saqajh ma’ Ferrari hekk kif daħal fis-seba’ post, b’ Yuki Tsunoda jissielet għall-P8. Pierre Gasly jkompli l-forma tajba tiegħu ma’ Alpine hekk kif se jibda mal-ewwel għaxra fid-disa’ post, b’ Norris  jibqa f’ P10 mingħajr ħin fuq il-klassifika wara t-tluq kmieni tiegħu minn Q3.