Lokali

Pellegrinaġġi fl-Art Imqaddsa mill-Patrijiet Franġiskani

“L-art imqaddsa hija l-palk li fuqha hi bbażata l-fidi tagħna…fuq dik l-art twieled għex u qam sidna Ġesù Kristu”

Sostna dan il-Ministru Provinċjal u Kummissarju tal-Arti Imqaddsa Fr. Twanny Chircop, fejn tkellem magħna fuq l-importanza u s-santita tal-art imqaddsa speċjalment f’dawn iż-żmien tas-sena. Art li serviet bħala canva tal-ħajja ta’ Sidna Ġesù Kristu.

Intant il-Patrijiet għal darb’oħra qed jorganizzaw pellegrinaġġ fl-art imqaddsa – anke wara nuqqas minħabba s-sitwazzjoni preokkupanti ta’ Gwerra li ħakmet din l-art.

Madanakollu Patri Twanny Chircop spjega li s-sitwazzjoni preżenti hi ferm iktar sigura minn kif kienet xhur ilu – dan apparti li sostna li s-santwarji u l-postijiet l-aktar sagri f’Iżrael jinsabu siguri u qatt ma kienu f’periklu li jintilfu.

Intant hu appella sabiex l-insara f’Malta jingħaqdu mal-kumplament tal-Patrijiet f’dan il-pellegrinaġġ qaddis li ser isir f’Ġunju li ġej, mis-6 sat-13 tax-xahar. Dan fost żjarat fl-aktar postijiet qaddisa fosthom il-Knsija tas-Santu Sepurklu u l-ġnien tal-Ġetsemani, propju l-post fejn Ġesù ġie tradut minn Ġuda, b’siġar li jmorru lura għal kważi elfejn sena.