Lokali

Titħassar il-purċissjoni ta’ Kristu Rxoxt f’Birżebbuġa fost luttu fil-komunità

Il-Komunità ta’ Birżebbuġa ssellem il-memorja ta’ Steven Farrugia

“Sal-bieraħ stess Steve kien għadu qed jidderieġi u jieħu sehem fir-rapreżentazzjoni tal-Id Imdemmija…strieħ fis-sliem għażiż tagħna, San Pietru jilqgħek fi ħdanu”

Il-Purċissjoni bil-vara ta’ Kristu Rxoxt imtella’ mis-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 ġiet imħassra wara li l-komunità ta’ Birżebbuġa qed issellem il-memorja ta’ Steven Farrugia.

Persuna li huwa sinonimu ma’ dan iż-żmien tas-sena fir-raħal ta’ Birżebbuġa – anke minħabba li ta’ kull sena kien jidderieġi, jikteb u jirreċta fid-dramm tal-passjoni imtella’ mill-istess Soċjetà Filarmonika.

Fil-fatt il-komunità ta’ Bireżebbuġa propju f’jum il-Ġimgħa l-Kbira qamet għall-aħbar kera’ li Steven Farrugia kien ħalla din id-dinja.

Madanakollu dan il-bniedem għażiż għar-Raħal ta’ Birżebbuġa ser jibqa’ żgur fil-memorja ta’ bosta, tant li sa din il-Ġimgħa stess kien qed jgħati prestazzjoniji impekkabli fid-dramm tal-passjoni li jsir ta’ kull sena. Bih bħala kittieb, direttur u attur.

Intant il-Festi esterni bil-purċissjoni bil-vara ta’ Kristu Rxoxt ser ikunu qiegħdin jiġu imħassra b’turija ta’ rispett lejn Steven Farrugia li tant kien jgħożż dawn iż-żminijiet tas-sena.

Il-Funeral isir nhar it-Tlieta 22 ta’ April fis-2:30pm fil-Knisja Parrokjali ta’ San Pietru fil-Ktajjen f’Birżebbuġa.

Birżebbuġa tirringrazzjak u ssellimlek għażiż Steve.