Żewġ Albaniżi, Sinan Gega ta’ 46 sena u Kociu Silver ta’ 33 sena nżammu taħt arrest wara li tressqu l-Qorti mixlija b’serq minn numru ta’ residenzi f’Malta.
It-tnejn li huma ġew arrestati mill-Pulizija fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa, hekk kif kienu qegħdin jirritornaw f’pajjiżna.
Skont il-Pulizija, dawn kienu ħarbu minn Malta wara li wettqu diversi serqiet f’diversi lokalitajiet.
Intant, dawn l-arresti seħħew wara investigazzjoni li ilha għaddejja għal diversi xhur, b’rabta ma’ serq minn diversi djar f’lokalitajiet differenti.
L-akkużi kienu jinkludu serq ta’ tliet residenzi fis-Swieqi, żewġ djar fir-Rabat, u oħrajn fil-Mellieħa, Wied il-Għajn, San Ġwann, in-Naxxar u l-Mosta.
Il-Pulizija qalet li fl-investigazzjonijiet tagħhom kkonkludew li ż-żewġ irġiel kienu parti minn grupp internazzjonali ta’ kriminali organizzata.
Quddiem il-Maġistrat Jean Paul Grech, iż-żewġ suspettati wieġbu mhux ħatja għal dawn l-akkużi.
Min-naħa tagħha, id-difiża ma ressqitx talba għal-ħelsien mill-arrest.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Clive Aquilina tal-Avukat Ġenerali, flimkien mal-Ispettur Jeffrey Scicluna u Christine Delia.
Il-vittmi tas-serqiet ġew intervistati u qed ngħataw l-appoġġ meħtieġ mill-Victim Support Unit.
Għaldaqstant, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>