Futbol Sport

Atalanta jikkonsolidaw it-tielet post b’rebħa fuq Milan

(Ritratt: EPA)

Fl-aħħar partita tal-Ħadd, Atalanta kisbu rebħa importanti f’San Siro fil-mixja tagħhom lejn post mal-ewwel erba’ fil-klassifika finali. La Dea għelbu lil Milan bl-iskor ta’ 1-0, partita pjuttost bilanċjata bejn iż-żewġ timijiet, b’ Milan jiddominaw l-ewwel taqsima, filwat li Atalanta kienu ħafna aħjar fit-tieni taqsima, tant kemm hu hekk li rnexxielhom isibu l-gowl li ppremjahom bit-tlett punti.

Il-gowl tar-rebħa wasal mill-midfielder Brażiljan Ederson li qed ikollu staġon formidabbli. Il-Brażiljan daħal b’ġirja fil-kaxxa u għeleb lil Mike Maignan bir-ras minn kross mil-lemin tal-eks Inter Raoul Bellanova.