Rebħa importanti ħafna għal Bologna hekk kif għelbu lil Inter bl-iskor minimu ta’ 1-0, bil-gowl jasal fl-aħħar sekondi tal-partita minn rabuxxata mill-isbaħ mill-istilla tat-tim Riccardo Orsolini.
Wara r-rebħa ta’ Napoli fuq Monza s-Sibt li għadda, Napoli telgħu għal-71 punt, l-istess ammont ta’ punti bħal Inter. Minn naħa l-oħra b’din ir-rebħa Bologna jitilgħu momentarjament fir-raba’ post tal-klassifika u jkabbru l-possibilta’ li jikkwalifikaw għall-UCL għat-tieni sena konsekuttiva.
Ġlieda intensiva fil-qiegħ tal-klassifika hekk kif Empoli u Venezia temmew fi draw ta’ 2-2, dan iħalli iż-żewġ timijiet b’25 punt, u jokkuppaw it-18 u d-19-il post.
L-ebda gowl fl-ewwel taqsima, qabel Fazzini jiftaħ l-iskor għal Empoli fid-59 minuta u Yeboah jirrispondi għal Venezia 8 minuti wara.
Venezia jmorru fil-vantaġġ għall-ewwel darba fil-partita fit-85 minuta permezz ta’ Busio, qabel Empoi jirnexxielhom isalvaw punt importanti b’gowl ta’ Anjorin żewġ minuti wara.
//= $special ?>