Il-militar ta’ Iżrael, wara investigazzjoni bir-reqqa, ikkonkluda li l-qtil, ix-xahar li għadda, ta’ 14-il ħaddiem tal-għajnuna f’Gaza kellu jseħħ minħabba ‘nuqqas ta’ ftehim u koordinazzjoni f’sitwazzjoni ta’ kumbattimenti.’
L-uffiċjali tal-Arnata sabu wkoll sensiela ta’ fallimenti u nuqqas ta’ attenzjoni fiċ-ċirkustanzi traġiċi…L-istqarrija, intant, qalet ukoll li l-qtil, ftit wara, ta’ ħaddiem tan-Nazzjonijiet Uniti f’Gaza kellu jkun dovut għal ‘sitwazzjoni fejn xi suldati partikulari ma obdewx l-ordnijiet tal-fizzjali waqt azzjoni militari’.
Sar magħruf li l-viċi-kmandant tat-taqsima militari responsabbli mill-qtil tal-ħaddiema tneħħa mill-kariga wara li hu provada rapport impreċiż u mhux konkluż lis-superjuri tal-Armata.
L-14-il ħaddiema għall-emerġenzi u l-ħaddiem tan-NU kienu tilfu ħajjithom fit-23 ta’ Marzu, wara li l-militar Iżraeljan kien fetaħ in-nar fuq konvoj magħmul mill-ambulanzi tal-Fergħa Iżlamika tas-Salib l-Aħmar, vettura tan-Nazzjonijiet Uniti u vettura oħra għall-kontroll tan-nirien,
Sadanittant, il-Kapijiet tal-militar Iżraeljan qalu li t-truppi tagħhom, dakinar, fetħu n-nar fuq il-konvoj għaliex ħasbu li kienu qedjiffaċċjaw xi theddida ‘mill-qawwiet tal-għadu’ – f’dan il-każ il-militanti tal-grupp Ħamas, magħmul mit-terroristi Palestinjani.
//= $special ?>