STQARRIJA MILL-NGO BIRD LIFE MALTA
L-istaġun tal-kaċċa għall-gamiema għadu ma fetaħx, iżda l-kwota nazzjonali ta’ 1,500 gamiema diġà ntlaħqet illegalment. Dan huwa bbażat fuq filmati u osservazzjonijiet minn timijiet ta’ Spring Watch ta’ BirdLife Malta, li raw aktar minn 80% tal-kaċċaturi attivi f’dawn l-aħħar jiem jisparaw illegalment fuq il-gamiem, minkejja li l-perjodu tal-kaċċa mill-14 sal-20 ta’ April huwa biss għas-summien. Il-kaċċa illegali fuq il-gamiema laħqet ilqofol tagħha fl-aħħar tlett ijiem (Il-Ħamis, Il-Ġimgħa u s-Sibt), b’ħafna sparar fligħodu kmieni f’diversi żoni ta’ Malta u Għawdex. Faċli wieħed jiddistingwi bejn il-kaċċa għall-gamiem u dik għas-summien.
Il-kaċċa għall-gamiem issir minn postijiet stazzjonarji bħal duri jew torrijiet tal-kaċċa, filwaqt li l-kaċċa għas-summien tirrikjedi li l-kaċċaturi jimxu – spiss bil-klieb – f’żoni miftuħa b’veġetazzjoni baxxa. Iż-żewġ speċi ta’ għasafar huma wkoll faċli ħafna biex jintgħarfu, speċjalment mill-kaċċaturi. Il-maġġoranza tal-kaċċaturi osservati fl-aħħar ħamest ijiem, dehru weqfin bis-senter f’idejhom fid-dura u ħafna minnhom marru jinħbew kif intebħu bit-timijiet ta’ Spring Watch li kienu qed josservawhom. Il-gamiem li kien qed ipassi ġie nnutati mit-timijiet partikolarment kif għaddew minn post għall-ieħor fil-mira ta’ tiri minn diversi kaċċaturi f’duri differenti. Dan kien evidenti b’mod partikolari f’dawn l-aħħar jiem f’postijiet bħal Miżieb – iż-żona afforestata li l-FKNK tgħid li hu tagħha – li toffri ħabitat ideali għall-kaċċa tal-gamiem.
Iż-żona fil-Grigal ta’ Għawdex ukoll kienet mimlija attività, fejn saħansitra kaċċatur wieħed kien osservat joqtol tliet gamiem f’għodwa waħda biss. Kull tim li kien parti mill-kamp ta’ Spring Watch ta’ BirdLife Malta f’dawn laħħar tlett ijiem kien xhud ta’ gamiem li spiċċa fil-mira ta’ tiri u jaqgħu mal-art.
Dawn it-timijiet irrapportaw lill-pulizija tal-Environment Protection Unit (EPU) fosthom ta’ diversi każi ta’ gamiem li nqatlu u ta’ kaċċa fi spazju ta’ inqas minn 200 metru minn żoni residenzjali. Il-kaċċa illegali ma kinitx limitata għall-gamiem biss. Speċi protetti oħra ntlaqtu wkoll, inkluż gamiema tal-kullar, spanjulett, seqer tal-ħannieqa u qerd in-naħal — kollha nġabru f’dawn l-aħħar tlett ijiem ta’ kaċċa intensiva u illegali. Dan l-aġir żgur ma jgħinx għal żewġ proċeduri ta’ ksur li hemm miftuħin kontra Malta waħda fuq l-infurzar u l-oħra fuq il-kaċċa fir-rebbiegħa għallgamiema. Sadanittant, il-Wild Bird Regulation Unit (WBRU) għadu ma ippubblikax innumru totali ta’ liċenzji tal-kaċċa maħruġa, u lanqas id-distribuzzjoni tagħhom f’Malta u Għawdex, minkejja talbiet ripetuti għal din l-informazzjoni.
Lanqas ma ġie ppubblikat l-avviż legali li jippermetti d-deroga għall-insib taħt l-hekk imsejħa “inizjattiva ta’ riċerka” għall-gamiema. “Huwa ironiku li filwaqt li l-federazzjoni tal-kaċċa tikseb deroga biex tonsob il-gamiema għat-tkattir fil-magħluq bl-iskuża ta’ riċerka biex jagħmlu tajjeb għall-popolazzjonijiet selvaġġi, l-istess membri tagħha fl-aħħar jiem okkupaw il-Miżieb biex jiżguraw li l-ebda gamiema ma tgħaddi ħajja għaliex tinqabad f’mewġa ta’ tiri illegali,” irrimarka Nicholas Barbara, Kap tal-Konservazzjoni ta’ BirdLife Malta. BirdLife Malta qed tistaqsi jekk il-kaċċaturi li sparaw u qatlu l-gamiem matul dawn l-aħħar ħamest ijiem imlewx il-formoli li l-federazzjonijiet li jirrappreżentawhom ħeġġewhom biex jimlew, bħala parti mill-hekk imsejjaħ stħarriġ tas-‘Sustainability Index’ għal dan l-istaġun — li ntqal għandu jwassal għal rapporti “xjentifiċi” biex jiddeterminaw deċiżjonijiet futuri.
L-istaġun tal-kaċċa għall-gamiema se jiftaħ bejn il-21 ta’ April u l-4 ta’ Mejju, bl-obbligu legali fuq il-kaċċaturi li jirreġistraw kemm l-isforz talkaċċa kif ukoll kull għasfur li joqtlu. Il-kwota nazzjonali ta’ 1,500 gamiema hija maqsumha bejn aktar minn 9,000 kaċċatur li mistennija jiġu liċenzjati għal dan il-perjodu. Wieħed għandu jirrapporta kull kaċċa illegali li josserva fuq 119 u jsaqsi għall-EPU jew jirrapporta lil BirdLife Malta fuq 21347645 jew 7925 5697.
//= $special ?>