Futbol Sport

Liverpool joqorbu iżjed viċin tal-kampjonat, Manchester United jieħdu l-15-il telfa staġjonali

(Ritratt: EPA)

Liverpool jinsabu kważi sieq ġewwa għall-20 Premier League tagħhom wara li għelbu lil Leicester City bl-iskor minimu ta’ 1-0. Rebħa oħra mhux konvinċenti għar-Reds, madankollu t-tlett punti huma l-iżjed importanti f’dan l-istadju.

Trent Alexander Arnold, minkejja l-bosta għajdut li se jħalli r-Reds dan is-sajf b’xejn, għal din il-partita kien l-eroj tal-partitarji meta fit-78 minuta sab ix-xibka b’xutt tajjeb.

Chelsea irnexxielhom idawru telfa f’rebħa kontra Fulham f’derby minn Londra bl-iskor finali jkun 2-1.

Il-Blues marru minn taħt permezz ta’ Alex Iwobi li xeħet ġewwa wara 20 minuta logħob minn suġġeriment ta’ Sessegnon.

Chelsea jiskorjaw il-gowl tad-draw fit-83 minuta permezz taż-żgħażugħ promitenti Tyrique George b’xutt mill-isbaħ minn barra ‘l kaxxa.

Il-Blues skorjaw il-gowl tar-rebħa fl-aħħar minuti hekk kif Pedo Neto sab ix-xibka minn suġġeriment ta’ Enzo Fernandez.

Wolves għelbu lil Manchetser United 1-0 biex laħqu lir-Red Devils fi-kassifika fl-14-il post. Iż-żewġ timijiet akkumulaw 38 punt. Din it-telfa tkun il-15-il waħda għall-United din is-sena.

Il-gowl tar-rebħa jasa fis-77 minuta minn freekick pinġut ta’ Paolo Sarabia.

Arsenal ipposponew iċ-ċelebrazzjonijiet tar-rebħ tal-Premier League ta’ Liverpool għal ftit ġranet hekk kif irritornaw għar-rebħ b’rebħa komda ta’ 4-0 kontra Ipswich Town.

Leandro Trossard jiftaħ l-iskor wara kwarta logħob segwit minn gowl ta’ Gabriel Martinelli fit-28 minuta.

Ipswich Town jispiċċaw jilagħbu b’għaxra hekk kif Leif Davis intwera l-karta ħamra diretta fit-32 minuta.

Arsenal jiskorjaw żewġ gows oħra fit-tieni taqsima minn Leandro Trossard fid-69 minuta u Ethan Nwaneri fit-88 minuta.