Colin Schembri
Starlites…………..53
Luxol Bolt……….57
(16-16)(11-13)(16-10)(10-18)
Luxol Bolt ħadu l-ewwel rebħa fil-finali tal-kampjonat St. James Hospital ta’ taħt id-dsatax -il sena meta għelbu lil Starlites 57-53. Starlites temmew l-ewwel fażi fl-ewwel post mingħajr telfa u kienu għelbu lil Luxol darbtejn però f’din il-finali l-kontribuzzjoni ta’ Mark Iloube u Gregory Mizzi kienu kruċjali hekk kif dawn iż-żewġ players għamlu total ta’ 34 punt. Il-finali kienet kumbattuta tant li kien hemm parita għal 17 -il darba bl-akbar vantaġġ taż-żewġ timijiet ikun ta’ seba’ punti. Starlites għamlu l-ewwel erba’ punti tal-partita segwiti però b’sitt punti mingħajr risposta minn Luxol. Iż-żewġ timijiet kontinwament bdew jirrispondu lil xulxin partikolarment Alex Sultana fuq naħa u Iloube fuq oħra għal skor ta’ 16-16. Luxol fetħu t-tieni perjodu bi tlett baskets konsekuttivi però Kai Fabri u Matthew Micallef irrispondew għal Starlites. Cog reġa’ ta vantaġġ ta’ 5 punti lil Luxol però basket ta’ Fabri u trippla ta’ Lorenzo Tarantino għamlu l-iskor indaqs. Fl-aħħar ħinijiet però kien basket minn Iloube għal skor ta’ 27-29.
It-tielet taqsima kienet missielta bl-ebda team ma jirnexxielu jibni xi vantaġġ komdu. Baskets fuq kull naħa ħallew parita ta’ 34-34 sas-sitt minuta. Hawn però Starlites għamlu seba’ punti mingħajr risposta minn Fabri u Luke Attard bi trippla. Luxol però wkoll wieġbu bi trippla minn Mizzi u basket minn Iloube għal skor ta’ 43-39. Fl-aħħar taqsima Luxol għamlu run ta’ 9-2 biex reġgħu marru fuq quddiem. Attard reġa’ wieġeb għal Starlites qabel ma kien hemm trippla fuq kull naħa għal parita ta’ 51-51. Fl-aħħar tlett minuti kienu Luxol li għamlu l-punti permezz ta’ Mizzi u Kyle Galea biex ħadu l-ewwel rebħa fuq skor ta’ 57-53.
Starlites: M. Micallef 3, J. Dumford, N. Formosa, L. Attard 11, K. Fabri 15, S. Ransley, Z. Said Hollier 2, L. Tarantino 3, A. Zammit, G. Camilleri, A. Sultana 6, JJ Dimech 13.
Luxol Bolt: C. Cog 8, M. Iloube 18, K. Micallef, G. Mizzi 16, K. Galea 6, J. England, A. Ivanovski, A. Ortiz, E. Fenech Pace 7, N. Sammut 2.
Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Wendell Lim, Jacques Siefert.
//= $special ?>