Oscar Piastri kiseb it-tielet rebħa staġjonali hekk kif iżomm l-ewwel post fil-klassifika tas-sewwieqa meta daħal fl-ewwel post fil-Jeddah Corniche Circuit, bil-ħin ta’ 1:21:06.758. Segwit mis-sewwieq ta’ McLaren ikun is-sewwieq ta’ Red Bull Max Verstappen li jibqa’ jżomm il-pressjoni fuq Piastri sal-aħħar u anke jibqa’ preżenti fil-klassifika totali b’dan ir-riżultat.
Jasal anke l-ewwel podju għal Ferrari f’din it-tellieqa hekk kif Charles Leclerc jitħol fit-tielet post bi prestazzjoni pjuttost sodisfaċenti.
Lando Norris irnexxielu jitħol fir-raba’ post minkejja li kellu bidu ħażin, filwaqt li George Russell ta’ Mercedes jitħol fil-ħames post, segwit minn sieħdu tal-istess tim, iż-żgħażugħ promitenti Antonelli.
Lewis Hamilton jibqa’ jsegwi lill-eks tim tiegħu sal-aħħar hekk kif l-Ingliż daħal fis-seba’ post għal Ferrari. Dopjetta ta’ Williams Carlos Sains u Alex Albon jokkuppaw it-tmien u disa’ post rispettivament, filwaqt li Isack Hadjar ta’ RB jitħol fl-aħħar post tal-ewwel għaxra.
Pierre Gasly u Yuki Tsunodo ta’ Alpine u Red Bull rispettivament ikunu is-sewwieqa li ma jtemmux din it-tellieqa.