Malti ta’ 29 sena residenti l-Marsa, wieġeb mhux ħati li ħebb għas-sieħba tiegħu u kkaġunalha ġrieħi ħfief.
Fil-Qorti, l-Ispettur spjega li fis-sigħat bikrin tas-17 t’April, il-vittma marret għand il-Pulizija, fejn spjegat li kellha xi problema bil-karozza, u meta marret id-dar u qajmet lill-imputat u qaltlu, hu rrabja minħabba li l-karozza hija tiegħu.
Hi spjegat li l-imputat ħebb għaliha u beda jheddida. Iktar tard, l-imputat ta ruħu b’idejh għand il-Pulizija fejn ġie arrestat.
Fl-awla il-vittma xehdet li tixtieq twaqqaf il-proċeduri kontrih.
//= $special ?>