Wara l-bronż ta’ Nicolai Mallia fis-singles fil-bidu tal-ġimgħa, il-kontinġent Malti rebaħ it-2 midalja, din id-darba fil-kompetizzjoni tat-timijiet. It-tim tas-subien magħmul minn Nicolai Mallia, Tomas Caruso, Travis Barbara u Kayden Lagana’ ikkwalifika fl-ewwel post biex wasal għas-semi finali. Huma bdew il-logħob b’total kbir ta’ 930, iżda mbagħad naqsu għal 749 u 676 fil-logħob 2 u 3 fl-ewwel jum ta kompetizzjoni tat-tim, biex kienu fis-7 post wara dawn l-ewwel tlett logħbiet . It-tim ħareġ kompletament ikkonċentrat fit-2 jum u spara logħob mill-aqwa ta’ 848, 842 u 853 biex spiċċa 3 pins biss qabel id-Danimarka (4898 vs 4895), segwiti mill-Ġermanja fuq 4878 u t-Turkija fuq 4839.
Huma komplew jiffaċċjaw lit-Turkija fis-semi finali, u ż-żewġ timijiet kellhom ġlieda qawwija sal-aħħar. It-Torok naturalment kellhom appoġġ qawwi ħafna tal-partitarji numerużi tagħhom biex eventwalment rebħu 846-803. It-Turkija kompliet tiffaċċja lill-Ġermanja li kienet għelbet lid-Danimarka fis-semi finali l-oħra, bil-Ġermanja tirbaħ u ssir champions
Nicolai u Kayden, li spiċċaw 7 u 16 rispettivament fl-all events, issa se jikkompetu fil-Masters nhar il-Ħadd.
//= $special ?>