Matul il-lejl li għadda, l-armata Russa issuktat bl-attakki fuq l-Ukrajna.
Fil-fatt, fis-sigħat bikrin tat-Tnejn filgħodu, ir-Russi sparaw 3 missili u 96 drone lejn Kharkiv u Dnipro. Dan filwaqt li indaqqu air raids anke fiċ-ċentru ta’ Kiev.
Id-difiża Ukrena waqqgħet 42 drone, filwaqt li l-bqija tad-drones ma kellhom ebda impatt negattiv.
Il-missili kienu direzzjonati lejn Kherson u Mykolaiv; iżda dwar dawn ma ingħataw ebda dettalji.
L-attakki tar-Russi waqt il-perijodu tal-Għid ma waqfux, minkejja li suppost kien hemm il-famuż ftehim għal waqfien mill-ġlied tul il-perijodu tal-festi tal-Għid. Għalkemm qed jingħad li l-Kremlin kiser dan is-suppost ftehim fi 3,000 okkażjoni.
//= $special ?>