Internazzjonali

Donald Trump: ‘Il-Papa kien raġel twajjeb….Inħobbu lill-Kattoliċi kollha’

Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, radd ġieħ lill-memorja tal-Papa Franġisku li miet illum fl-età ta’ 88 sena, filwaqt li fissru bħala ispirazzjoni għall-Kattoliċi.

Il-President Amerikan anki ffirma direttiva eżekuttiva biex il-bnadar kollha fl-Istati Uniti jittajjru mezz’asta bħala sinjal ta’ rispett lil Franġisku.

Fl-aħħar kummenti lill-media, Donald Trump irrefera għall-Papa bħala ‘raġel twajjeb li kien jaħdem għas-sewwa u li kien iħobb lin-nies tad-dinja’.

U meta l-media staqsietu x’messaġġ ried iwassal lill-Kattoliċi, il-President Trump wieġeb li ‘(aħna) inħobbukom kollha’.

Donald Trump anki esprima s-solidarjetà tal-Istati Uniti mal-Kattoliċi kollha tad-dinja u qal li jħoss simpatija kbira ma kulmin sewwed qalbu dwar it-telfa tal-Papa.

“We’re here for you all,” he said, adding that he feels “very badly” for those saddened by the Pope’s death.