Floriana …………….. 0
Ħamrun S. …………. 0
Floriana: C. Mafoumbi, O. El Hasni, J. Grech, E. Mashike (J. Becerra), D. Vella, O. Spiteri, N. Garcia (G. Sotomayor), C. Zammit Lonardelli (A. Garzia), J. Gamarra, A. Kouro, Fernandinho.
Ħamrun S: H. Bonello, S. Borg, J. Mbong, R. Prsa, E. Freitas, J. Cadenovic (M. Klepac), O. Bjelicic, E. Marcelina, C. Menacho (T. Barbosa), R. Camenzuli, R. Lopes Silva.
Fil-partita ewlenija ta’ tmiem il-ġimgħa Ħamrun Spartans u Floriana temmew fi draw ta’ 0-0. Ħamrun temmew il-partita jilgħabu b’għaxar plejers wara li tkeċċa għalihom il-captain Steve Borg. B’hekk dan ir-riżultat iħalli lil Marsaxlokk fl-ewwel post filwaqt li Ħamrun baqgħu fit-tieni post tal-klassifika.
Intant f’partita oħra mill-Bottom Six Naxxar għelbu lil Melita bl-iskor ta’ 2-0, bil-gowls jaslu permezz ta’ Hugo Dos Santos Coelho fit-42 minuta u Takuma Yamaguchi fil-50 minuta. B’hekk dan ir-riżultat jista’ jagħti lok għal decider għal min se jkun relegat bejn Balzan u Naxxar hekk kif Melita huma destinati għar-relegazzjoni.
//= $special ?>