Internazzjonali

Il-kaġun tal-mewt tal-Papa:  Attakk ta’ puplesija u problemi tal-qalb irriversibbli

Il-Vatikan għadu kemm ħareġ stqarrija li l-Papa Franġisku miet b’kaġun ta’ attakk tal-puplisija u li kontribwixxa, fost oħrajn, għall-problemi tal-qalb irriversibbli u inkurabbli.

Din kienet l-ewwel stqarrija uffiċjali dwar il-kaġun tal-mewt tal-Papa, fl-età ta’ 88 sena, u li kien ukoll l-ewwel Kap Latin Amerikan tal-Knisja Kattolika.

Fil-preżent, mijiet ta’ devoti qed jinġabru fi Pjazza San Pietru biex jitolbu għall-Papa li mewtu qanqlet mewġa ta’ niket fost il-Kattoliċi madwar id-dinja.

Sar magħruf  ukoll li l-Papa se jindifen fil-Bażilika ta’ Santa Marija Maġġura f’Ruma – u skont ix-xewqat tiegħu.