Il-Partit Nazzjonalista jesprimi d-diqa tiegħu għall-mewt tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku. Huwa jibqa’ mfakkar bħala simbolu ta’ umiltà, ħniena u fidi sħiħa.
Il-messaġġi tiegħu ta’ paċi, ġustizzja u solidarjetà ħallew marka li ma titħassarx fid-dinja kollha u messu l-qlub tal-poplu Malti. Iż-żjara tiegħu fostna tibqa’ fil-qlub ta’ ħafna.
Il-Papa Franġisku uriena kif qalbna għandha tkun miftuħa għal kulħadd, speċjalment għall-vulnerabbli u l-imwarrba.
Il-Partit Nazzjonalista jingħaqad mal-kumplament tad-dinja nisranija f’talba u radd ta’ ħajr għall-ħajja tiegħu.
Intant, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech sellem il-memorja l-Papa Franġisku b’messaġġ:
“B’niket kbir nilqgħu l-aħbar tal-mewt tal-Papa Franġisku, ragħaj tal-paċi, l-umiltà u l-ħniena.
L-għerf, l-umanità profonda u l-imħabba tiegħu messew l-qlub ta’ bosta, inkluż tagħna l-Maltin.
Jalla jistrieħ fis-sliem ta’ dejjem.”
//= $special ?>