Knisja Lokali

Il-Vjaġġi Appostoliċi tal-Papa Franġisku

Matul dawn l-aħħar 11-il sena li l-Papa Franġisku wettaq diversi Vjaġġi Appostolici. U fl-2022, il-Papa għamel vista ferm speċjali għall-Maltin, hekk kif bejn it-2 u t-3 t’April hu ġie f’pajjiżna – 12-il sena wara li l-Papa Benedittu XVI (16) kien ġie Malta.

Iż-żjara tal-Papa fil-gżejjer Maltin u Għawdxin bla ebda dubju kienet waħda storika, illi fiha spikka l-karattru mill-isbaħ tal-Papa Franġisku u l-mod kif il-poplu irrisponda għal din iż-żjara.

Eluf ta’ Maltin stennew il-wasla tal-Papa Franġisku billi nġabru fit-toroq biex jagħtu merħba lill-Kap tal-Knisja Kattolika f’Malta.

U fost il-mumenti l-aktar speċjali ….kien hemm dak meta żar il-Grotta u fil-Bażilika ta’ San Pawl, kif ukoll meta ħalla l-warda tad-deheb lis-Santwarju Ta’ Pinu. Dan apparti l-quddiesa li mexxa fuq il-fosos.

Fil-vjaġġi li għamel matul dawn l-aħħar 11-il sena barra mill-Italja, u ltaqa’ ma persuni minn kull faxxa tas-socjeta’.

Fl-ewwel sena tiegħu fl-2013, hu attenda it-28 edizzjoni tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ fil-Brażil. Fl-2014, il-Papa żar it-Turkija, l-Albanija, il-Korea, kif ukoll l-Art Imqaddsa. Hu żar ukoll il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Ewropa.

Matul l-2015, il-Papa Franġisku żar il-Kenya, ir-Repubblika Ċentrali Afrikana, l-Ekwador, il-Bosnja u Ħerzegovina, Kuba, is-Sri Lanka u l-Filippini. Hu żar ukoll l-Istati Uniti …u daħal anke fil-Kwartieri Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

Fis-sena 2016 il-Papa Frangisku mar l-Iżvezja, il-Ġeorġja, l-Ażerbajġan, l-Armenja, il-Greċja, u l-Messiku. Matul dik is-sena hu reġa attenda il-31 edizzjoni ta’ Jum Dinji taż-Żgħażagħ; din id-darba fil-Polonja.

Fl-2017 hu għamel pellegrinaġġ f’Fatima fl-okkażjoni tal-100 anniversarju tad-dehriet tal-Verġni Mqaddsa Marija. Matul dil is-sena hu żar l-Eġittu, il-Kolombja, il-Mjanmar u l-Bangladexx.

Matul l-2018 il-Papa mar il-Litwanja, il-Latvja, l-Estonja, l-Irlanda, l-Isvizzera, iċ-Ċili u l-Peru, filwaqt li matul l-2019 hu żar it-Tajlandja, il-Ġappun, il-Możambik, il-Madagaskar, Mauritius, ir-Rumanija, il-Bulgarija, l-Maċedonja ta’ Fuq, l-Emirati Għarab Magħquda u l-Marokk. Matul dik is-sena hu attenda wkoll l-34 edizzjoni ta’ Jum Dinji taż-Żgħażagħ fil-Panama.

Kawża tal-pandemija tal-COVID 19, matul is-sena tal-2020 il-Papa m’għamilx żjarat barra mill-Italja, iżda matul l-2021 hu mar l-Iraq, l-Ungerija is-Slovakja, Ċipru u l-Greċja.

Fl-2022, apparti li ġie Malta, il-Papa mar ukoll il-Kanada, l-Każakstan, u l-Baħrejn. Matul l-2023 hu żar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, is-Sudan t’Isfel, l-Ungerija, il-Mongolja, u Franza.

Fl-2023 hu attenda wkoll il-COP28 li saret fl-Emirati Għarab Magħquda.

Matul is-sena li għaddiet hu mar l-Indoneżja, Papua New Guinea, Timor-Leste, Singapore, Lussemburgu, u l-Belġju. U f’Dicembru li għadda, il-Kap tal-Knisja Kattolika żar anke Franza.