Lokali

L-għaqda Drachma jsellem il-memorja tal-Papa Franġisku

L-għaqda Drachma sellmet il-memorja tal-Papa Franġisku u deskrivitu bħala “ħabib u missier ta’ kulħadd.”

Fi stqarrija qalet kif “il-fqar, ir-refuġjati, it-tfal, il-ħabsin u kull min b’xi mod jinsab fil-periferiji tas-soċjetà, inklużi persuni gay u trans, jaraw fih it-tenerezza ta’ Alla nnifsu.”

Żiedet tgħid ukoll kif “b’ħajtu u bi kliemu fakkarna li Alla hu Missier li ma jegħja qatt jaħfer u jħobb.”

Drachma għalqet bili qalet kif “f’isimna ikoll, Franġisku ma għeja qatt jappella għall-waqfien mill-gwerer, għall-kura tad-dar komuni tagħna li hi d-dinja, għall-Knisja biex ikollha post għal “kulħadd… kulħadd… kulħadd!”