Jorge Mario Bergoglio. Il-Papa li ħa l-isem ta’ Franġisku…u li kien il-266 Mexxej tal-Knisja Kattolika.
Bergoglio twieled fis-17 ta’ Diċembru tal-1936 fi Flores; subborg li jagħmel parti mill-Belt Kapitali tal-Arġentina Buenos Aires.
Ommu kien jisimha Regina Maria Sivori u missieru kien Mario Bergoglio, immigranti Taljani minn Genova. Hu kien l-ewwel wildt minn fost ħamest itfal.
It-trobbija tiegħu kienet f’ambjent modest immens. U filwaqt li gradwa fil-kimika, biex jagħti daqqa t’id lill-familja ….kien jagħmel diversi xogħlijiet fosthom dak ta’ bouncer fi stabbiliment tad-divertiment f’Cordoba.
Eventwalment, huwa ħass is-sejħa sabiex jimxi fit-triq għas-saċerdozju, u fl-1958 fl-eta ta’ 21 sena, daħal fin-novvizzjat tas-Soċjetà ta’ Ġesu.
Bergoglio lesta l-istudji tiegħu fiċ-Ċili u rritorna fl-Arġentina fl-1963 sabiex gradwa fil-filosofija. U fis-sentejn ta’ wara kien jgħallem il-letteratura u l-psikoloġija f’żewġ kulleġġi differenti.
Erbat ijiem biss qabel għeluq it-33 sena, Jorge Mario Bergoglio kien ordnat bħala saċerdot. Fl-1973 inħatar Provinċjal tal-Ġiżwiti fl-Arġentina; pożizzjoni li żamm għal sitt snin sħaħ, inkluż waqt il-gwerra ċivili.
Fl-1980 u s-sitt snin ta’ wara serva bħala Rettur fil-Kulleġġ ta’ San Josè. U wara li lesta d-dottorat fil-Ġermanja…s-superjuri tiegħu bagħtuh lura fi Buenos Aires fejn serva bħala direttur spiritwali għal 18-il sena sħaħ.
Fit-28 ta’ Frar tal-1998 huwa nħatar Arċisqof ta’ Buenos Aires – u tliet snin wara, il-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni ħatru bħala Kardinal.
Hawnhekk, Jorge Mario Begoglio beda juri l-valuri tiegħu u kemm verament huwa qalb in-nies meta appella lill-fidili sabiex ma jmorrux Ruma jiċċelebraw il-ħatra tiegħu, iżda minflok ħeġġiġhom jgħinu lill-foqra u jagħtu l-flus li kienu se jonfqu għall-biljett tal-ajru, bħala donazzjoni lil min huwa nqas xxurtjat.
Mill-2005 sal-2010 huwa kien il-President tal-Konferenza tal-Isqfijiet Arġentini fejn kien waqt dan il-perjodu illi ħa sehem fil-Konklavi…. li matulhom ġie elett Papa – ħa l-isem ta’ Papa Benedittu 16.
L-għajnuna lil min hu inqas ixxurtjat dejjem kienet prijorità għal Bergoglio, tant li f’pajjiżu kien mlaqqam l-Isqof tal-Foqra.
Fl-2009 kien nieda kampanja ta’ solidarjetà, fejn grazzi għal dan il-pass… f’temp ta’ 7 snin ….fl-Arġentina nħolqu mal-200 NGO li jagħmlu l-karità.
//= $special ?>