Il-partiti skedati li se jintlagħbu matul il-jum tat-Tnejn ġew posposti wara l-mewt tal-Papa Franġisku. It-Tnejn filgħodu il-Vatikan ħabbar li l-qdusija tiegħu l-Papa Franġisku miet fl-eta’ ta’ 88 sena, wara li ftit tal-ġimgħat ilu ħareġ mill-isptar, wara li qatta’ ħames ġimgħat jingħata trattament għall-infezzjoni fil-pulmun. Il-partita skedati għat-Tnejn li jinkludu, Torino v Udinese, Cagliari v Fiorentina, Genoa v Lazio u Parma v Juventus, kellhom jintlagħbu matul il-jum tat-Tnejn, hekk kif hija festa nazzjonali fl-Italja. Minflok, il-partita huma skedati li jintlagħbu għada fil-5.30pm. Il-Papa Franġisku kien partitarju kbir tal-futbol, partikularment tat-tim Arġentin San Lorenzo.
//= $special ?>Posposti il-partiti tas-Serie A
