Lokali Qorti

Raġel jammetti li għajjar lil martu fit-triq wara li tressaq b’arrest

Raġel Malti li skont martu tefa’ s-swiċċ tal-elettriku fir-residenza tal-appartament fejn kienet qed tgħix u meta raha fit-triq beda jgħajjarha ammetta l-akkużi miġjubin kontrih. Il-koppja tinsab fi proċess ta’ separazzjoni bir-raġel jammetti li għajjar lil mara “qaħba”.

Huwa tressaq il-Qorti taħt arrest it-Tnejn wara nofsinhar wara li l-każ irreġistra punteġġ għoli fil-valutazzjoni tar-riskju mit-taqsima tal-vjolenza domestika. Ir-raġel, li ismu ma jistax jissemma b’ordni tal-qorti, kien akkużat li fl-10 ta’ April 2025 insulenta lil martu u li kiser il-paċi pubblika.

Huwa kien akkużat ukoll li fit-18 ta’ April, 2025, ħa l-liġi f’idejh, meta tefa’ l-mains tal-elettriku meta bgħabas fis-salvavita. L-ispettur tal-Pulizija Omar Zammit qal lill-Qorti li l-mara ressqet rapport tal-pulizija fit-18 ta’ April.

Il-koppja għandha residenza konġunta fejn hi maħsuba li qed tgħix, iżda li kienet qed tikri. Hija rrapurtat ukoll li ġimgħa qabel, huwa kien insulentaha. Il-mara kellha valutazzjoni tar-riskju u kisbet punteġġ għoli ħafna, spjega l-ispettur, li żied li r-raġel tressaq taħt arrest minħabba dan il-fatt.

Huwa ġie arrestat it-Tnejn filgħodu stess wara li volontarjament għall-ħabta tat-8am. mar fil-kwartieri ġenerali tal-pulizija. “Kieku l-valutazzjoni tar-riskju ma rriżultax daqstant għoli, kien jitressaq il-Qorti b’ċitazzjoni peress li dawn huma proċeduri sommarji,” żied jgħid l-Ispettur Zammit.

Ir-raġel wieġeb ħati wara li nqrawlu l-akkużi. Il-Qorti talbet lir-raġel biex jorbot lilu nnifsu b’somma ta’ €1,000 biex ma jkellimx jew jiffastidjax lill-vittma. Il-Qorti kienet ippreseduta mill-Maġistrat Ann Marie Thake. L-ispettur Omar Zammit mexxa l-prosekuzzjoni. L-Avukat Lennox Vella assista lill-akkużat.