F’dawn l-aħħar 24 siegħa ma qatgħu xejn l-ispekulazzjonijiet dwar min jista’ jkun elett bħala s-suċċessur tal-Papa Franġisku.
Fuq nett ta’ din il-lista hemm il-Kardinal Pietro Parolin, li huwa s-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan. Imbgħad qed jissemma’ l-Arċisqof ta’ Bologna, il-Kardinal Zuppi, kif ukoll il-Kardinal mill-Filippini Luis Antonio Tagle.
Minn 252 kardinal, huma 135 dawk eleġibbli – propju għaliex għandhom inqas minn 80 sena. Fost dawn hemm il-Kardinal Mario Grech.
108 minn dawn kienu magħżula mill-Papa Franġisku, 22 mill-Papa Benedittu, u 5 mill-Papa Ġwanni Pawlu II.
L-iżgħar kardinal huwa l-Ukren Mykola Bychok, li għandu biss 44 sena u huwa ibbażat fl-Awstralja.
//= $special ?>