Lokali

19-il persuna arrestati għax kienu f’Malta b’mod irregolari

Fi spezzjoni tat-traffiku li saret ilbieraħ filgħodu ġew arrestati 19- il persuna li nstabu jgħixu u
jaħdmu f’Malta b’mod irregolari.

Dawn l-ispezzjonijiet saru f’Wied il-Għajn, fejn twaqqfu numru ta’ vetturi u ġew iċċekjati lliċenzji tas-sewqan u dokumenti oħra. Il-persuni miżmuma huma mill-Albanija, mis-Sirja u min-Niġerja.

Fl-ispezzjoni ħadu sehem uffiċjali mill-Korp tal-Pulizija, mill-Aġenzija għas-Servizzi ta’ Detenzjoni, Transport Malta, Identità u Jobs Plus.

Il-persuni kollha qed jinżammu fiċ-ċentru ta’ detenzjoni għall-aktar investigazzjonijiet u
sakemm isir ir-ritorn lejn il-pajjiż tal-oriġinu jew fi stati membri Ewropej oħra li għandhom
permess jgħixu fihom.