Lokali

B’dieqa kbira, bosta jiktbu l-messaġġi tagħhom lil Francis Zammit Dimech fil-Ktieb ta’ Kondaljanzi

F’dawn il-jumejn, id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista se tkun miftuħa għall-pubbliku biex wieħed ikun jista’ jsellem lil Francis Zammit Dimech billi jikteb il-messaġġ tiegħu fil-Ktieb ta’ Kondoljanzi li tħejja għal tal-apposta.

Fost dawk li ħallew il-messaġġi tagħhom f’dan il-ktieb kien hemm il-Viċi Kap tal-PN Alex Perici Calasione… fin-nuqqas tal-Kap tal-PN, illi jinsab iċ-Ċina fuq żjara uffiċjali.

Aktar tard tħallew messaġġi mis-Segretarju Ġenerali tal-PN Charles Bonello, bosta deputati u kandidati tal-PN, l-amministrazzjoni tal-PN, kif ukoll l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi.

Iffirmaw ukoll il-ktieb tal-kondoljanzi il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono u l-Prim Ministru Robert Abela.

Il-Ktieb tal-Kondoljanzi se jkun miftuħ anke l-Erbgħa bejn id-9am u t-8pm.