Futbol Sport

FILMAT | Il-premutazzjonijiet fit-tmiem tal-Malta Premier, spjegati f’dettall minn Alan Abela, f’Replay ta’ nhar il-Ħadd

Malta Premier League
Malta Premier League

B’żewġ partiti għal kull tim mit-tmiem tal-Closing Round tal-Malta Premier, bosta huma dawk li bir-raġun qed jitħawdu jew ma jafux eżatt x’se jiġri la darba jkolna l-klassifika finali tal-Closing Round, kemm tat-Top Six kif ukoll tal-Bottom Six.

Għaldaqstant, f’Replay ta’ nhar il-Ħadd li għadda, Christian Micallef stieden liċ-Ċermen tal-Malta Premier Ltd, Alan Abela sabiex jispjega b’mod ċar il-premutazzjonijiet kollha li jistgħu jiġru wara li jkunu magħrufa l-klassifikazzjoni ta’ kull tim fit-tmiem tal-Closing Round.

Segwi dan l-intervent qasir, konċiz u dirett li Abela kellu f’Replay nhar il-Ħadd, fejn jagħti spjegazzjonijiet għal kollox, kemm fil-verdetti deċiżivi li se jkolna għal kif se jintrebaħ il-Malta Premier, dawk li se jgħaddu għall-Ewropa permezz tal-Kampjonat u dawk li se jkunu relegati għaċ-Challenge League tal-istaġun li ġej:

Intant wara li ntlagħbu s-sitt partit mill-14-il ġurnata tal-Malta Premier, b’żewġ partiti mit-tmiem tal-Closing Round, Marsaxlokk jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika, b’punt vantaġġ fuq Sliema Wandereres u Ħamrun Spartans.

Fil-klassifika tal-Bottom Six tal-Closing Round, Naxxar Lions, wara r-rebħa ta’ 2-0 kontra Melita, issa ħarġu miż-żona l-ħamra, b’Balzan u Melita qed jokupaw l-aħħar żewġ postijiet tal-klassifika.