Lokali

F’Jum id-Dinja l-Partit Nazzjonalista jtenni l-wegħda tiegħu li l-ambjent isir dritt fundamentali tiegħek

Din l-Istqarrija indirizzata mix-Shadow Minister għall-Ambjent Rebekah Borg

F’Jum id-Dinja, il-Partit Nazzjonalista jtenni l-impenn tiegħu li jiżgura li kulħadd ikollu dritt għal ambjent nadif, san u sostenibbli.

L-ambjent ta’ madwarna jiddetermina l-kwalità tal-ħajja tagħna.

Il-Partit Nazzjonalista jemmen bis-sħiħ li kull wieħed u waħda minnha għandu jkollu d-dritt għal ambjent li jtejjiblu l-kwalità tal-ħajja u biex dan ikun żgurat, Gvern ġdid Nazzjonalista jdaħħal l-ambjent fil-Kostituzzjoni bħala dritt fundamentali tal-Maltin u l-Għawdxin.

L-ambjent għandu jkun dritt tiegħek, u l-PN dan id-dritt se jiggarantihulek.