Għaxaq Music events għal darb’oħra ser ikunu qegħdin itellgħu il-kunċerti Summerlust Music Festival f’Ħal Għaxaq li se jerġa’ jkun maqsum fuq tlett ijiem; id-9, l-10 u s-16 ta’ Mejju. Bħalissa għaddejjin l-aħħar preparamenti biex kollox ikun lest u dan il-festival jitgawda fil-qalba tar-raħal ta’ Ħal Għaxaq, propju f’Għaxaq Grounds biswit il-pjazza ewlenija.
Is-separju jiftaħ permezz ta’ Chris Norman, tal-grupp Smokie. Is-serata ser tiftah bis-sehem tal-grupp Different Minds waqt li l-warm up ser isir min Dj Alex Grech. Jagħlaq is-serata Dj Pierre Cordina.
Imbagħad is-Sibt 10 ta’ Mejju, dawk kollha preżenti ser ikunu jistgħu jiddevertu flimkien mal-kantant Naplitan Gigi D’Alessio. F’dan il-kunċert wieħed se jgawdi kanzunetti famużi Taljani. Jiftaħ is-serat b’kunċert sħiħ Ivan Grech flimkien mal-band tiegħu filwaqt li jagħlaq is-serata Dj Ziggy.
U fis-16 ta’ Mejju jsir l-aħħar kunċert li jieħu lil dawk preżenti għas-snin disgħinijiet permezz tas-sehem ta’ artisti differenti minn madwar id-dinja.
L-organizzaturi ħabbru wkoll li se jkun hemm zoni bla ħlas fejn tintalab biss donazzjoni b’risq Dar Bjorn.
//= $special ?>