Jismu Karmnu Azzopardi l-Għawdxi ta’ 71 sena li nstab mejjet fil-baħar qrib Kemmuna aktar kmieni illum. Dan wara li l-anzjan kien ħareġ jistad.
Il-membri tal-AFM u l-Pulizija kienu sabu lir-raġel mitluf minn sensih fil-baħar. Huma tellgħuh l-art fil-Port tal-Imġarr f’Għawdex, iżda sfortunatament kien iċċertifikat mejjet.
Il-vittma huwa mix-Xewkija.
//= $special ?>